Year 3

Home » School Information » Love to Learn » Year 1 – 6 » Social Studies » Year 3
  • Kapaċi nagħraf u niddeskrivi verbalment il-benefiċċji ta’ meta naħdem fi grupp
  • Kapaċi nsemmi l-vantaġġi u l-iżvantaġġi li fl-iskola jkun hemm regoli u liġijiet, u nispjega x’jiġrilu min jikser dawn ir-regoli/liġijiet
  • Kapaċi nsemmi l-vantaġġi u l-iżvantaġġi li fil-pajjiż ikun hemm regoli u liġijiet, u nispjega x’jiġrilu min jikser dawn ir-regoli/liġijiet
  • Kapaċi nidentifika x-xewqat u l-bżonnijiet bażiċi li għandna aħna bħala studenti
  • Kapaċi nidentifika xi wħud mill-karatteristiċi ewlenin tal-kampanja Maltija
  • Kapaċi nidentifika raġunijiet varji għaliex iseħħu l-inċidenti fid-djar
  • Kapaċi nissuġġerixxi modi kif nistgħu nħarsu dak li hu sabiħ / tajjeb, u ntejbu dak li hu ikrah / ħażin fil-lokalita’ tiegħi
  • Kapaċi nsemmi eżempji ta’ bidla u kontinwita’ fit-trasport fuq il-baħar użat mill-Maltin fil-passat u fil-preżent
  • Kapaċi niskopri u niddeskrivi l-ilbies li kienu jilbsu l-Maltin fil-passat
  • Kapaċi niddiskuti biex inqabbel il-ħwienet ta’ dari mal-ħwienet tal-lum
  • Kapaċi nfittex, ninterpreta u nippreżenta evidenza / informazzjoni rilevanti, b’mod strutturat dwar suġġett speċifiku
  • Kapaċi nosserva, nirrekordja u ninterpreta l-informazzjoni dwar suġġetti / post speċifiku  (Fieldwork A)
  • Kapaċi nosserva, nirrekordja u ninterpreta l-informazzjoni dwar suġġetti / post speċifiku (Fieldwork B)