Year 1

Home » School Information » Love to Learn » Year 1 – 6 » Social Studies » Year 1
  • Kapaċi nagħraf il-ħames sensi tiegħi u niskopri xi affarijiet li nista’ nagħmel bihom
  • Kapaċi ninnota affarijiet differenti fl-ambjent tad-dar u dak tal-iskola
  • Nidentifika l-persuni li niltaqa’ magħhom id-dar u dawk li niltaqa’ magħhom l-iskola
  • Niskopri l-importanza li xi persuni, li niltaqa’ magħhom id-dar u l-iskola, għandhom f’ħajti u kapaċi nispjega għaliex huma mportanti
  • Kapaċi niskopri għaliex f’ħajti hemm ċerti affarijiet li għandi nagħmilhom u oħrajn li għandi nagħmel minn kollox biex nevitahom
  • Kapaċi nagħmel stħarriġ ġewwa l-iskola li nattendi u nsemmi l-karatteristiċi li nsib fiha
  • Kapaċi noħloq modi kif nista’ nasal f’destinazzjoni differenti fil-klassi u fl-iskola tiegħi
  • Ninnota u napprezza s-sbuħija tan-natura ġol-iskola tiegħi u madwarha
  • Kapaċi nitkellem dwar il-pajsaġġ li nara fi triqti mid-dar għall-iskola
  • Ninnota kif aħna l-bnedmin norganizzaw l-ambjent fiżiku li ngħixu fih
  • Naf nirrakkonta stejjer minn ħajti billi npoġġi episodji li ġraw lili f’ordni kronoloġiku
  • Naf nitkellem dwar iż-żminijiet meta l-ġenituri tiegħi kienu għadhom tfal
  • Kapaċi nieħu idea ta’ progress meta, minn dak li jirrakkontawlna l-adulti, inqabbel il-passat mal-preżent        
  • Kapaċi nqabbel stampi antiki ta’ meta l-ġenituri tiegħi kienu għadhom żgħar ma’ ritratti tal-preżent
  • Kapaċi nesplora l-passat tal-familja tiegħi