Year 6

Home » School Information » Love to Learn » Year 1 – 6 » Religion » Year 6
  • Naf it-talb bl-amment
  • Kapaċi nirrakkonta parabbola jew miraklu ta’ Ġesu u nagħraf x’messaġġ  iwasslulna
  • Nuri nteress fil-lezzjoni
  • Kapaċi nitlob skuża meta nonqos lil xi ħadd
  • Kapaċi nkun xhieda ta’ Kristu billi naqdi u nxandar l-Aħbar it-Tajba b’għemili
  • Kapaċi nħares lejn il-Kmandamenti bħala l-gwida u t-triq li twassalni l-ġenna
  • Naf nirrispetta lil dawk li jħobbuni u jriduli l-ġid
  • Kapaċi nagħraf it-tajjeb mill-ħażin
  • Kapaċi nwassal l-imħabba ta’ Alla lil ħaddieħor
  • Kapaċi nafda f’Alla u fl-oħrajn
  • Naf li Alla qiegħed miegħi l-ħin kollu
  • Kapaċi nimpenja ruħi għal dak li għandi nagħmel
  • Kapaċi nuri gratitudini u napprezza dak li ħaddieħor jagħmel miegħi
  • Naf li s-Sena Liturġika tmexxini mal-mumenti importanti fil-ħajja ta’ Ġesù
  • Naf napprezza l-mumenti importanti f’ħajti
  • Naf li bħala nisrani/ja għandi d-dmir li naħdem biex inkabbar fija l-frott tal-Ispirtu s-Santu: l-imħabba, l-mogħdrija, l-onestà u t-tjieba
  • Kapaċi fil-mumenti iebsin ta’ ħajti nħalli s-Sagramenti jagħtuni l-qawwa
  • Kapaċi napprezza d-don tal-ħajja, speċjalment fit-Twelid ta’ Ġesù
  • Naf li r-Rużarju hija t-talba ħafna għal qalb il-Madonna
  • Kapaċi nilqa’ u nipprepara ruħi għat-Twelid ta’ Ġesù
  • Kapaċi nagħti lil Ġesù importanza f’ħajti u nkun magħquda miegħu
  • Kapaċi nersaq lejn l-oħrajn kif Kristu resaq lejn min kellu bżonn
  • Nagħraf l-importanza li nersaq lejn is-Sagramenti biex nilqa’ l-maħfra t’Alla
  • Nagħraf li t-tolleranza hija l-bażi ta’ kull ħbiberija
  • Nagħraf li Alla dejjem jibgħatli lil min jista’ jiggwidani
  • Kapaċi naħdem biex insir aħjar
  • Kapaċi nieqaf u naħseb dwar dak li Alla għamel għalija
  • Kapaċi naħdem għall-għaqda ta’ bejnietna u napprezzaha
  • Kapaċi nisma’ lil ħaddieħor biex nifhmu u ngħinu lil xulxin
  • Kapaċi nwarrab dak kollu li hu ħażin mill-ħajja tiegħi
  • Kapaċi nkun dawl għall-oħrajnf’kull ċirkustanza tal-ħajja
  • Nagħraf li l-Għid hija l-akbar festa tal-Knisja u nieħu sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet reliġjużi għax huma t-tifsira tal-fidi tagħna
  • Nagħraf li d-diversità ta’ bejnietna tgħinna nkabbru t-talenti
  • Kapaċi nxerred il-qawwa li jagħtini l-Ispirtu s-Santu biex inkabbar l-għaqda ta’ bejnietna
  • Kapaċi negħleb it-tfixkil u ma nħallih qatt jaqtagħli qalbi
  • Nagħraf li meta niltaqa’ ma’ Ġesù fit-talb inkun ferħan/a u ninbidel. Għalhekk nagħraf kemm hu importanti li nitlob sew
  • Kapaċi nipparteċipa b’mod sħiħ fil-Quddiesa
  • Nagħraf li jekk nimxi wara Ġesù, inkun tassew “imbierka”
  • Naf li jien imsejħa biex inkun qaddisa
  • Kapaċi napprezza kull sejħa li Alla jagħmel lili u lill-oħrajn