|
- Kapaċi nirrakkonta parabbola jew miraklu ta’ Ġesu u naf x’messaġġ iwasslulna
|
- Nuri nteress fil-lezzjoni
|
- Kapaċi nirrifletti fuq il-valuri prinċipali li għandi bżonn niżviluppa biex inkun nista’ ngħix f’armonija fil-komunitajiet li nagħmel parti minnhom
|
- Kapaċi nidentifika kif l-Ispirtu s-Santu jgħinni ngħix f’armonija mal-oħrajn
|
- Kapaċi nispjega kif il-Bibbja turi l-imħabba t’Alla lejja f’modi differenti
|
- Kapaċi nirrakkonta l-ġrajja tal-Passjoni u l-Qawmien mill-Mewt ta’ Ġesù
|
- Kapaċi niddiskuti kif persuni bħalna għexu l-esperjenzi tal-ħajja
|
- Kapaċi nirrakkonta l-istorja tal-Milied u nirrifletti fuq it-tifsira għalija u għall-umanità kollha tat-twelid ta’ Ġesù, l-Iben t’Alla u ta’ Marija
|
- Kapaċi nispjega xi tfisser parabbola, nirrifletti fuq il-valuri, attitudnijiet u mġiba ta’ ġentilezza, imħabba, kompassjoni, ħniena, maħfra u tar-rispett lejn l-awtorità kif naraw fil-parabboli ta’ Ġesù
|
- Kapaċi ngħid liema huma s-seba’ Sagramenti, nirrifletti fuq is-Sagrament tat-Tqarbin u tal-Qrar u kif dawn jgħinuni biex insir aħjar u ngħin lill-oħrajn ukoll.
|
|
|