|
- Kapaċi nirrakkonta parabbola jew mirakli ta’ Ġesu u naf x’messaġġ iwasslulna
|
- Nuri nteress fil-lezzjoni
|
- Kapaċi niddeskrivi t-tifsira u r-relevanza tal-ħajja f’komunità soċjali, fil-komunitajiet ta’ fidi u f’dawk reliġjużi, u nirrifletti fuq il-valuri prinċipali li għandi bżonn niżviluppa biex inkun nista’ ngħix f’armonija f’dawn il-komunitajiet
|
- Kapaċi nirrifletti u niddeskrivi l-importanza li nirrispetta u nagħti valur lid-diversità fis-soċjetà tagħna
|
- Kapaċi nidentifika sinjali, simboli u affarijiet nsara, kattoliċi, lhud u musulmani, waqt li nirrispettahom
|
- Kapaċi nfittex u nuża l-Iskrittura Mqaddsa (Il-Bibbja għat-tfal)
|
- Kapaċi nidentifika l-persuna ta’ Kristu bħala l-fundatur u l-gwida tal-Knisja
|
- Kapaċi nirrakkonta l-ġrajja tal-Passjoni u l-Qawmien mill-mewt ta’ Ġesù
|
- Naf dwar il-ħajja ta’ dawn il-persuni u l-imħabba tagħhom għal Ġesù u għal ta’ madwarhom, speċjalment il-foqra u l-morda; San Stiefnu, Santa Tereża ta’ Kalkutta, Eugenju Borg, Adelaide Cini.
|
- Kapaċi nitħarreġ fis-silenzju għal mumenti qosra u hekk niżviluppa fiha l-valur u lattitudni li nitgħallem nisma’, nirrispetta u jkolli kuntatt miegħi nnifsi, mal-oħrajn u ma’ Alla.
|
- Kapaċi niskopri modi differenti ta’ kif naqsam li għandi mal-oħrajn
|
- Kapaċi nispjega l-bżonn tiegħi għar-relazzjonijiet/ħbiberiji u r-rabta tagħhom mal-maħfra.
|