Year 3

Home » School Information » Love to Learn » Year 1 – 6 » Religion » Year 3
  • Naf it-talb bl-amment
  • Kapaċi nirrakkonta parabbola jew miraklu ta’ Ġesu u naf x’messaġġ iwasslulna
  • Nuri nteress fil-lezzjoni
  • Kapaċi nidentifa u nirrifletti fuq tliet valuri prinċipali, inkluż ir-rispett, li għandi bżonn niżviluppa biex inkun nista’ ngħix f’armonija f’komunità, anke ma’ dawk li għandhom xi twemmin differenti minn tiegħi
  • Kapaċi insemmi liema huma l-kotba qaddisa u l-postijiet ta’ qima tal-komunitajiet tal-fidi talInsara/Kattoliċi, tal-Lhud u tal-Musulmani u jkolli rispett lejn dak li jfissru
  • Kapaċi niddeskrivi t-tifsira ta’ simbolu, nidentifika u nsemmi simboli Nsara/Kattolici, Lhud u Musulmana u nispjega l-importanza tagħhom għal dawk li jemmnu fihom
  • Kapaċi nikteb talbiet qosra biex nitlob għalija nnifsi u għall-oħrajn, waqt li nagħraf li meta nkun qed nitlob, inkun qed nitkellem ma’ Alla
  • Kapaċi nidentifika postijiet fejn hemm is-sbuħija: per eżempju: f’oġġetti, f’postijiet, fi ħsejjes u f’persuni, waqt li nagħraf li kull sbuħija ġejja minn Alla
  • Kapaċi nuri rispett u stima lejn id-dinjità tal-Bibbja bħala l-Kelma t’Alla miktuba – Alla li hu lĦallieq tad-dinja u tal-umanità
  • Kapaċi nirrakkonta l-istorja tal-Milied u nirrifletti fuq it-tifsira għalija u għall-umanità kollha tattwelid ta’ Ġesù, l-Iben t’Alla u ta’ Marija
  • Kapaċi nirrakkonta l-ġrajjiet ewlenin tal-Passjoni, il-Mewt u l-Qawmien mill-Mewt tal-Mulej
  • Kapaċi niddeskrivi l-imħabba ta’ qaddis partikulari għal Ġesù u l-imħabba tiegħu jew tagħha lejn il-proxxmu, speċjalment lejn il-foqra u l-morda.
  • Kapaċi nispjega u nevalwa l-bżonn tal-maħfra fil-ħajja tiegħi u ta’ kif nuru l-imħabba tiegħi lejn l-oħrajn