- Nipparteċipa fir-reċitar tat-talb
|
- Nipparteċipa b’mod attiv waqt il-Quddiesa
|
|
- Kapaċi nirrakonta parabbola jew miraklu ta’Ġesu’ u nagħraf x’ messaġġ iwasslulna
|
- Nuri nteress fil-lezzjoni
|
- Kapaċi napprezza dak kollu li nara madwari u niftakar fil-kobor t’Alla
|
- Kapaċi ngħid grazzi lill-Mulej meta nara s-sbuħija tal-ħolqien u ngħid din il-kelma ta’spiss
|
- Kapaċi nieħu ħsieb lili nnifsi u l-ambjent u nuri li napprezza n-natura
|
- Kapaċi nżomm f’moħħi li Alla Hu l-Ħallieq u bħal San Franġisk inħobb dak kollu li ħalaq Alla
|
- Napprezza li jien speċjali għax ħolqien t’Alla u nagħmel dak li hu tajjeb
|
- Kapaċi napprezza dak li għandi u naħdem biex insir aħjar
|
- Kapaċi naqsam dak li għandi mal-oħrajn
|
- Kapaċi nirringrazzja lil Alla li tani lil Ġesu’
|
- Kapaċi nħobb lill-oħrajn u ngħid ‘sorry’ meta niżbalja
|
- Ngħin billi nitlob għall-oħrajn
|
- Napprezza l-ambjent u nibża’ għalih
|
- Napprezza li minkejja d-differenzi ta’bejnietna, xorta nkunu ħbieb u aħwa ta’xulxin
|
- Kapaċi nifraħ waqt il-logħob u nkun lest li ngħin bil-qalb
|
- Kapaċi nuri mħabba sinċiera u nkun lest li naħfer u ma ngħirx
|
- Kapaċi nisma’ u nirrispetta lill-oħrajn
|
- Kapaċi ngħin u nilgħab ma’kulħadd
|
- Inġib ruħi ma’ħaddieħor, kif nixtieq li ħaddieħor iġib ruħu miegħi
|
- Kapaċi nċedi xi ħaġa milli għandi
|
- Kapaċi naħseb f’kulħadd u nkun ħabib/a tajjeb/tajba bħal Ġesu’
|
- Naf dwar tfal morda, fqar u f’xi bżonn ieħor, filwaqt li ngħinhom u nitlob għalihom
|
- Naf li meta napprezza lill-oħrajn inkun qed napprezza lil Ġesu’
|
- Kapaċi ngħid iva ghat-tajjeb u le għall-ħażin
|
- Kapaċi napprezza lill-Madonna billi nħobb kif ħabbet hi
|
- Fl-Avvent nagħmel dak li hu mistenni minni biex niprepara ruħi sew ghall-Milied
|
- Kapaċi napprezza r-rigali u naqsam dak li għandi ma’ min hu fil-bżonn
|
- Nieħu nteress u mmur nara l-purċissjonijiet tal-Irxoxt
|
- Nagħżel li nagħmel it-tajjeb biex inkun kuntent u nferraħ li dawk li jħobbuni
|
- Kapaċi ma nimxix bl-aptit, imma nagħmel ħilti biex isir dak li hemm bżonn
|
- Ngħix aħjar billi nieħu l-eżempju t-tajjeb ta’dawk ta’madwari
|