- Nifhem u nwieġeb għamliet differenti ta’ mistoqsijiet f’kuntesti u sitwazzjonijiet differenti
|
- Niddistingwi sewwa mit-ton , il-vuċi u l-ġesti, il-messaġġ fl-irrakkontar ta’ stejjer, qari ta’ poeżiji, reċti, aħbarijiet, diskorsi formali u informali, u kuntesti oħra
|
- Nuri rispett lejn l-oħrajn billi nismagħhom, inqis u nistma dak li għidu għax nemmen li kulħadd għandu d-dritt li jesprimi ruħu
|
- Nifhem u nirreaġixxi bil-fomm, bil-kitba jew bil-ġesti għal testi li nisma’ fil-ħajja ta’ kuljum u letterarji, u nqabbilhom mal-esperjenzi tiegħi tal-ħajja ta’ kuljum
|
- Nifhem istruzzjonijiet li nisma’ u li jagħtini xi ħadd
|
- Nisma’ u nifhem avviż jew ġabra ta’ avviżi bil-fomm u minn mezzi teknoloġiċi
|
- Nifhem direzzjonijiet sempliċi mogħtija minn ħaddieħor li ma nkunx midħla tagħhom
|
- Nisma’, nsegwi u nifhem reklami fuq oġġetti u postijiet, bħal reklami ta’ prodotti u servizzi
|
- Nisma’ u nifhem il-lingwaġġ matematiku, xjentifiku u teknoloġiku li nuża fil-ħajja tiegħi ta’ kuljum
|
- Nisma’ u nagħraf eżempji ta’ alliterazzjoni, rima, onomatopea, metafori sempliċi, personifikazzjoni u similitudnijiet f’testi mismugħa
|
- Nisma’ u nsegwi kanzunetti u poeżiji, u nislet minnhom s-suġġett u nqabblu mal-esperjenzi tiegħi
|
- Naf inkun parti minn udjenza li tisma’ tifhem u tipparteċipa
|
- Nitkellem ċar, ninstema’ u ninftiehem tajjeb bi pronunzja tajba, vuċi ċara u għolja, ton, ġesti u espressjonijiet xierqa
|
- Nieħu sehem f’taħdit fejn nagħmilha ta’ ħaddieħor jew ħaġa oħra, bħal parteċipazzjoni fuq il-palk, jew sitwazzjonijiet fittizji u mhumiex
|
- Nagħti direzzjonijiet billi nuża l-forom tal-imperattiv
|
- Nagħmel talbiet u mistoqsijiet xierqa biex nikseb it-tagħrif meħtieġ f’kuntesti varji tal-ħajja ta’ kuljum
|
- Nitkellem u nippreżenta quddiem udjenza, waħdi jew m’oħrajn, tagħrif interessanti fuq avvenimenti u elementi ewlenin li sawru l-kultura u l-identità Maltija fl-imgħoddi
|
- Bl-għajnuna tal-għalliema, inqabbel il-karattersitiċi ewlenin li jiddistingwu ġeneri differenti ta’ testi letterarji u mhumiex, miktuba jew mismugħa, wara li nkun identifikajthom minn qabel
|
- Noħloq u nirrakkonta b’mod animat u b’ġesti stejjer, rakkonti, ħrejjef, ċajt, praspar, simili għal dawk mismugħa jew moqrija u nagħmel tibdil li jogħġobni fl-iżvilupp tal-ġrajja, fl-ambjent u l-karattri
|
- Nagħraf l-alliterazzjoni, ir-rima u l-onomatopea f’testi letterarji u mhumiex
|
- Nagħraf il-personifikazzjonijiet u s-similitudnijiet f’testi letterarji u mhumiex
|
- Inħaddem lingwaġġ matematiku, xjentifiku u teknoloġiku fit-taħdit tiegħi
|
- Nuża f’diskorsi lingwaġġ li jirrispetta lil kulħadd u li ma jweġġax is-sentimenti kulturali, reliġjuż, u razzjali tal-oħrajn
|
- Nitkellem ma’ studenti ta’ kulturi differenti u magħhom niddeskrivi u nqabbel id-diversità lingwistika u kulturali ta’ pajjiżna
|
- Naqra poeżiji, novelli, artikli, stejjer bis-sens, b’leħen ċar, b’ritmu mexxej u b’kunfidenza, ġeneri differenti ta’ kitba ta’ bosta kittieba, f’qalbi, waħdi, fis-skiet, għall-gost, quddiem ħaddieħor, ma ‘ oħrajn
|
- Nifhem dak li naqra, ngħarblu, nifforma opinjoni dwaru u nesprimiha, inwieġeb mistoqsijiet diretti u inferenzjali
|
- Nagħżel x’naqra skont il-gosti u l-informazzjoni li nkun neħtieġ billi nħares lejn it-titli, il-werrej, il-kapitli, l-illustrazzjonijiet, l-indiċi
|
- Nagħraf li f’listi ta’ istruzzjonijiet, direzzjonijiet, preskrizzjonijiet u l-bqija, il-kittieba jinqdew bl-imperattiv
|
- Nagħraf xi jfisser kliem tqil u espressjonijiet li ma nkunx naf jew inbassar tifsirtu mis-sens tas-sentenza , paragrafu jew kuntest
|
- Nagħraf jekk għandix naqra kull kelma ta’ test biex nieħu t-tagħrif li neħtieġ jew inkella naqra xi kliem, frażijiet jew sentenzi biss
|
- Naqra u nifhem testi matematiċi, xjentifiċi u teknoloġiċi li nuża fil-ħajja tiegħi ta’ kuljum
|
- Naf xi jfisser u kif jintuża kliem li jorbot sentenzi jew frażijiet ma’ xulxin e.g. prepożizzjonijiet u konġunzjonijiet
|
- Ninqeda sew bid-dizzjunarju u bit-teżawri tal-Malti biex infittex il-kliem li ma nkunx naf xi jfisser, kif jinkiteb, kif jingħad jew kif jinqara
|
- Naqra u nagħti kas tal-intonazzjoni billi nsegwi sewwa s-sinjali tal-punteġġjatura
|
- Bl-għajnuna tal-għalliema tiegħi nsib mudelli tajbin ta’ kitbiet varji biex inwessa’ l-vokabularju tiegħi, nuża Malti idjomatiku u nesprimi l-ħsibijiet u s-sentimenti tiegħi skond l-għanijiet tiegħi u l-udjenzi li għandi f’moħħi
|
- Nippjana l-ideat u norganizzahom billi ninseġ għanqbut ta’ ħsibijiet, mappa kunċettwali, tpinġija, lista u minnhom infassal abbozzi għal kitbieti skont għanijiet speċifiċi
|
- Inqssam il-kitba tiegħi f’paragrafi ta’ qisien differenti u norbothom flimkien skont il-mixja tal-ideat
|
- Nikteb kepxins konċiżi għal ritratti, stampi, komiks, cartoons u l-bqija u fihom nuri li fhimt il-messaġġ jew il-ġrajja storika jew attwali li jkunu qed juru
|
- Nikteb u nippubblika avviż, anke bl-għajnuna ta’ stampi jew ritratti
|
- Nikteb u nippubblika reklam, anke bl-għajnuna ta’ stampi jew ritratti
|
- Nikteb rakkont li jista’ jkun marbut ma’ stampa jew sett ta’ stampi, cartoons u l-bqija
|
- Nikteb messaġġi lil sħabi u lil dawk li jiġu minni
|
- Nikteb ittri stampati u elettroniċi ta’ għamliet differenti (stedina u ringrazzjament) li jinkludu lil sħabi u lil dawk li jiġu minni
|
- Nikteb tajjeb testi rriċerkati fuq temi li jinkludu lingwaġġ matematiku, xjentifiku u teknoloġiku
|
- Nuża kemm sentenzi sempliċi kif ukoll komposti bl-użu ta’ kliem u espressjonijiet għaqqieda bħall-konġunzjonijiet
|
- Nippreżenta t-testi finali tiegħi ċari, puliti u bla żbalji tas-sintassi, tal-morfoloġija u l-grammatika, tal-ortografija u tal-punteġġjatura
|