- Nisma’, insegwi u nifhem siltiet qosra fuq suġġetti midħla tagħhom li jkun fihom informazzjoni li nitgħallem minnha bħal silta informattiva li taqra l-għalliema jew sħabi tal-klassi jew li nisma’ /nara minn fuq il-mezzi tax-xandir u l-internet.
|
- Nisma’ rakkont qasir u nuri x’fhimt bil-fomm, bil-kitba jew bil-ġesti.
|
- Nisma’ u nsegwi reċta qasira u nuri x’fhimt bil-fomm, bil-kitba jew bil-ġesti.
|
- Nisma’ u nsegwi kanzunetti / poeżiji / taqbiliet / u nuri x’fhimt bil-fomm, bil-kitba jew bil-ġesti u nsemmi eżempji fejn ikun hemm ta’ rima.
|
- Naf nitkellem li ninstema’ sewwa bi pronunzja u b’intonazzjoni tajba, b’enfasi fejn meħtieġ
|
- Naf nitkellem b’mod ġenerali bl-użu ta’ firxa xierqa ta’ vokabularju fuq ħwejjeġ familjari u ta’ interess għalija billi nuża tajjeb u f’lokhom il-pronomi personali u mehmużin, inqabbel il-ġens u l-għadd man-nomi u l-verbi li nuża u nuża l-forma korretta tal-aġġettiv pożittiv.
|
- Naf nagħmel mistoqsijiet u talbiet bi strutturi grammatikali u sintattiċi korretti, bl-użu ta’ pronomi u kliem interrogattiv ieħor, b’mod edukat u pulit, biex nikseb it-tagħrif li nkun neħtieġ mingħand xi ħadd li jien midħla tiegħu bħal meta nitlob xi ħaġa lil xi ħadd waqt attività fil-klassi u lil hinn minnha.
|
- Naf naqra kitbiet ta’ ġeneri, suġġetti u reġistri differenti u nagħraf il-funzjonijiet tagħhom
|
- Nagħraf il-komponenti ewlenin ta’ materjal stampat, elettroniku u diġitali bħat-titlu, il-werrej, il-kapitlu, in-numru tal-paġna, it-tqassim, ix-xbihat jew l-istampi, il-kepxins, il-qoxra ta’ quddiem u ta’ wara, u nużahom biex infittex l-informazzjoni li nkun meħtieġ.
|
- Naf naqra testi, animazzjonjiet u stampi, nifhimhom, nixtarrhom u nifforma opinjoni dwarhom billi ngħid il-punti ewlenin, bħal b’mod kronoloġiku jew sekwenzjali, kif ukoll inwieġeb mistoqsijiet fuqhom.
|
- Nagħraf is-suġġett/i jew l-idea/t ewlenija/n ta’ test billi nislet il-kliem jew is-sentenzi jew il-kunċett/i l-aktar importanti.
|
- Naf nuża d-dizzjunarju billi nimxi mal-ordni alfabetiku u mill-ewwel ittra/i nasal għal kliem li nkun qed infittex it-tifsira tiegħu u hekk nitgħallem xi jfisser, kif jinkiteb, kif jingħad jew kif jinqara.
|
- Naf naqra kitbiet ta’ ġeneri, suġġetti u reġistri differenti u nagħraf il-funzjonijiet tagħhom
|
- Naf nikteb rakkonti fittizji ta’ mhux inqas minn 70 kelma li jkun fihom karattri, postijiet u ġrajjiet
|
- Naf nikteb testi fattwali ta’ mhux inqas minn 70 kelma b’tagħrifiet fuq fejn ngħix jien, x’se nsir la nikber, il-persuni li nħobb u annimali, passatempi, festi u l-bqija
|
- Naf nikteb mill-bidu jew inkompli djalogi ta’ mhux inqas minn 70 kelma fuq temi li jittrattaw il-ħajja tiegħi ta’ kuljum u l-ambjent ta’ madwari.
|
- Naf inżomm djarju bil-ġrajjiet l-iktar importanti għalija tal-ġurnata.
|
- Naf nippreżenta b’mod ċar, pulit u bla żbalji tas-sintassi, tal-morfoloġija u l-grammatika, tal-ortografija u tal-punteġġjatura t-testi finali tiegħi.
|
- Naf inwieġeb bil-kitba mistoqsijiet diretti u inferenzjali wara li nkun qrajt u fhimt test fattwali u fittizju.
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|