- Naqbad u nifhem xi punti speċifiċi / dettalji meta xi ħadd jitkellem miegħi jew ma’ oħrajn fi djalogu jew diskursata qasira
|
- Nifhem meta nisma’ ċajta, u nirreaġixxi fost l‑oħrajn bil‑fomm, bil‑kitba jew bil‑ġesti għalih/a
|
- Nifhem istruzzjonijiet sempliċi fl‑istruttura u fil‑vokabularju li jagħtini xi ħadd fil‑ħajja tiegħi ta’ kuljum, fosthom bl‑Imperattiv fil‑pożittiv u n‑negattiv jew nifhem direzzjonijiet sempliċi li nisma’ fil ħajja tiegħi u madwari fost l-oħrajn kif tasal minn post għal ieħor fl istess binja jew xi mkien viċin il-post fejn toqgħod
|
- Nifhem avviż/i sempliċi mogħtija bil‑fomm u marbuta mal‑ħajja tiegħi u madwari li jinkludu d‑data, il‑ħin u xi dettalji ħfief oħra, bħal Nhar it‑Tnejn 10 ta’ Novembru se mmorru ħarġa ma’ tal‑iskola. Nitilqu fid‑disgħa…
|
- Nisma’ u nifhem reklam qasir u sempliċi dwar oġġett/post marbut mal‑ħajja tiegħi u l‑ambjent ta’ madwari bħal reklam ta’ ġugarell, kompjuter jew post tad‑divertiment
|
- Nifhem meta nisma’ rakkont/storja, u nirreaġixxi fost l‑oħrajn bil‑fomm, bil‑kitba jew bil‑ġesti għalih/a
|
- Nisma’ u nsegwi kanzunetti/poeżiji/taqbiliet/tidwir l‑ilsien u nuri x’fhimt bil‑fomm jew bil‑ġesti
|
- Nisma’ u nsegwi reċta qasira u nuri x’fhimt bil‑fomm jew bil‑ġesti
|
- Nuża kliem sempliċi u dirett biex nagħti istruzzjonijiet u direzzjonijiet ħfief u ċari marbutin mal ħajja u l-esperjenzi tiegħi fl ambjenti li nkun fihom, fosthom id dar u l klassi
|
- Nitkellem fuqi nnifsi, fuq il familja tiegħi u l ambjent li ngħix fih u fuq kif jitqassam iż żmien fi snin, staġuni, xhur, jiem u l ħin tal ġurnata
|
- Nieħu sehem f’diskussjonijiet fi gruppi żgħar, bl għajnuna tal għalliema, fejn nesprimi l fehmiet u l ħsus tiegħi bi struttura grammatikali u sintattika tajba, skont il firxa tal vokabularju tal età tiegħi u b’intonazzjoni tajba fejn meħtieġ
|
- Naqra test quddiem ħaddieħor u nagħti kas tal‑intonazzjoni billi nsegwi sewwa s‑sinjali tal‑punteġġjatura bħal l‑ittri kapitali, is‑sing, il‑punt, il‑virgola, is‑sinjal tal‑mistoqsija, is‑sinjal esklamattiv u ż‑żewġ punti
|
- Naf naqra u nifhem il‑kliem l‑aktar popolari bħall‑ġranet tal‑ġimgħa, ix‑xhur, l‑istaġuni, il‑kuluri, l‑annimali, l‑elementi tad‑dinja, u l-bqija
|
- Nagħraf is‑suġġett/i ewlieni/n ta’ test billi nislet il‑kliem jew is‑sentenzi l‑aktar importanti
|
- Nislet minn dak li nkun qrajt it‑tagħrif li nkun neħtieġ bħal meta naqra istruzzjonijiet jew direzzjonijiet li jkun hemm fi ktieb ta’ riċetti jew manwal tal‑logħob
|
- Nikteb u nifforma sentenzi sempliċi jew paragrafu fuq suġġetti li jien midħla tagħhom. Bis-saħħa t’hekk inkattar il-vokabularju tiegħi
|
- Nagħti bil‑kitba d‑dettalji personali tiegħi
|
- Nikteb kepxins taħt ritratti u stampi fuq nies u ħwejjeġ li nara madwari
|
- Nikteb messaġġi qosra ta’ madwar 30 kelma f’kartolini li nkun se nibgħat lil nies li nħobb
|
- Nikteb mistoqsijiet ħfief u sempliċi li bihom nikseb tagħrif li nkun neħtieġ bħal ngħidu aħna f’intervista, telefonata u l‑bqija
|