IT-TFAL MAS-SORIJIET
Mit-tieqa ta’ kamarti
it-tfal mas-sorijiet
qed nisma’ jfaħħru ‘l Alla
bit-talb u bil-għanjiet.
Qed nisma’ kor tal-anġli
l-ilħna tat-tfal ċkejknin
isejħu lill-Madonna
flimkien u ferħanin.
Kemm ħelwa l-vuċi tagħhom,
sabiħa, innoċenti
biex Alla jibqa’ magħhom,
iżommhom tfal kuntenti.
U l-ħlewwa ta’ kemm ilħna
qed tmissli dlonk ‘il qalbi
u naħseb għal fejn tagħhom
kemm fqajjar huwa talbi.